Dwar il-Proġett

ENRETE huwa proġett tal-ERASMUS PLUS (2016 – 2018) li jikkonsisti minn sitt entitajiet Ewropej: l-Università ta’ Malta (koordinatur), l-Università ta’ Rijeke (Il-Kroazja), l-Università ta’ Kreta (Il-Grecja), l-Università ta’ Pavia (L-Italja), l-Università ta’ Lisbona (Il-Portugall) u l-Università ta’ Stefan cel Mara, Suceava (Ir-Rumanija). ENRETE qieghda tipprova ittejjeb l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni fl-għola livell billi tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ kurrikula nnovativi b’relevanza għolja lejn il-kuntest soċjo-ekonomiku kurrenti tal-Ewropa.
L-għan ewlieni ta’ dan il-progett huwa biex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjenti ta’ tagħlim permezz tal-edukazzjoni ta’ din tippromwovi r-reżiljenza u t-tkabbir ta’ studenti marġinalizzati billi jipprovdu bl-għodda, ir-riżorsi u l-kuntesti ta’ tagħlim li jiffaċilitaw it-tagħlim akkademiku u soċjali u emozzjonali tagħhom u konsegwentement inklużjoni soċjali tagħhom u ċittadinanza attiva. Biex jinkiseb dan l-għan il-proġett se iżviluppa sett ta’ moduli għal edukazzjoni tal-għalliema fil-livell ta’ Masters, imfassla biex jibnu kompetenza edukaturi fir-rispons għal, u jiġu indirizzati, il-ħtiġijiet akkademiċi, kemm dawk soċjali u emozzjonali ta’ studenti fir-riskju fl-iżvilupp tagħhom u l-edukazzjoni, partikolarment dawk li jitgħallmu minn komunitajiet etniċi, lingwistiċi, u migranti, minn iżvantaġġ soċjo-ekonomiku kif ukoll studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim u l-bżonnijiet edukattivi individwali. Fl-ewwel sena tal-proġett, l-imsieħba se tiżviluppa 10 moduli li se jkunu evalwati kemm internament kif ukoll esternament. Fit-tieni sena tal-proġett, il-moduli se jkunu ppruvati bi 20 għalliema f’kull wieħed mis-sitt pajjiżi sħab, u wara dan l-moduli ser jiġu riveduti u ffinalizzati. Il-moduli ser jiġu ppreżentati kemm wiċċ imb’wiċċ u moduli onlajn. Il-proġett ser jiġi konkluż b’konferenza internazzjonali fl-Università ta’ Malta fl-Lulju 2018 fejn ir-riżultati tal-proġett ser jiġu mxerrda lill-pubbliku.