L-ewwel laqgħa tal-ENRETE – Malta

L-ewwel laqgħa tal-proġett ta’ l-Erasmus Plus, ENRETE (Enhancing Resilience through Teacher Education) saret fl-Universita’ ta’ Malta fl-10 sat-12 t’Ottubru 2016 b’parteċipanti mill-Universita’ ta’ Malta, l-Universita ta’ Kreta (Greċja), l-Universita’ ta’ Lisboa (Portugal), l-Universita’ ta’ Pavia (Italja), l-University ta’ Rijeka (Kroazja), u l-Universita ta’ Suceava (Rumanija).

ENRETE huwa proġett ta’ sentejn, iffinanzjat mill-UE. Il-proġett huwa koordinat miċ-Ċentru għar-Reżiljenza u s-Saħħa Soċjo-Emozzjonali fl-Università ta’ Malta. Bis-saħħa tal-proġett, ser jiġu żviluppati disa’ moduli wiċċ imb’wiċċ u onlajn li ser ikunu parti minn programm ta’ Masters Ewropew fl-edukazzjoni tar-reżiljenza. Waqt il-laqgha, ir-riċerkaturi ltaqgħu mal- Professur Alfred Vella, ir-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta.

ENRETE
Share
This

Post a comment